Friday, November 22, 2024

Minħabba l-effetti tal-pandemija is-sajjieda se jieħdu għajnuna ta’ €800,000

Aqra wkoll

Is-settur tas-sajd f’pajjiżna, se jkun qed jingħata spinta ‘l quddiem u dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskema t’għajnuna tal-Gvern Malti li tlaħħaq it-€800,000. Din l-iskema għandha l-għan li tgħin lis-sajjieda biex itaffu ftit mill-piż tal-pandemija.

Din l-għajnuna tista’ tlaħħaq massimu ta’ €5,000 għal kull sid ta’ dgħajsa.

B’hekk din il-miżura se jiġi indirizzat n-nuqqas ta’ dħul tas-sajjieda minħabba l-miżuri restrittivi b’rabta mal-pandemija.

Permezz tagħha issa wkoll se tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ likwidità għas-sidien tad-dgħajjes biex b’hekk ikomplu bl-attività tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet li l-miżura hija neċessarja u f’postha filwaqt li hija proporzjonali mal-bżonn li l-ekonomija ta’ stat membru tirritorna għan-normal.

Din l-iskema ġiet approvata taħt il-qafas temporanju ta’ għajnuna lill-istat.

Taħt din l-iskema, l-għajnuna li se tingħata lil kull benefiċċjarju u se tiġi kkalkultata billi jiġu mmultiplikati l-ammont ta’ ħut f’kilogrammi li nqabdu fl-2020 b’disa’ u tmenin ċenteżmu.

Sport