Sunday, December 22, 2024

“M’iniex se nibbaża t-tweġiba tiegħi fuq is-suppożizzjonijiet”

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol dwar is-sitwazzjoni tal-Air Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, d-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo igward l-Air Malta u xi pjanijiet hemm jekk din ikollha tasal fi stadju li “żżarma”, il-Ministru Caruana qal li għaddejja diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi evalwata l-aħjar triq ’il quddiem għall-Air Malta. Huwa kkonferma li bħalissa wasal biex jiġi ffinalizzat l-istadju fejn kull numru li għandu x’jaqsam mal-operat tal-kumpanija qed jiġi analizzat bir-reqqa u kkwantifikat.

Rigward il-ħafna suppożizzjonijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo li fil-mistoqsijiet tiegħu uża ripetutament il-kliem “jekk” u “kieku”, il-Ministru Clyde Caruana qal li jekk ikun hemm entità ġdida, il-ftehim kollettiv li qiegħed jiġi miftiehem bħalissa mal-ħaddiema tal-Air Malta ma jagħmilx sens li jkun japplika għal entità li isimha magħha tkun ġdida. Spjega li għalhekk f’każ li jiġri hekk, dak kollu li jkun implikat ma’ entità ġdida għandu jkun ġdid.

Rigward il-possibbiltà li l-ħaddiema tal-Air Malta jkomplu jonqsu, il-Ministru Clyde Caruana qal li filwaqt li ma jeskludix il-bżonn li fil-futur jiġu kkunsidrati li jonqsu ċertu ħaddiema oħrajn, għalissa kien ċar mal-unjins li jinsab iffukat fuq dawk li għaddej bil-ftehim magħhom.

Ekonomija

Sport