Ásthildur Lóa Thórsdóttir, Ministru mill-Iżlanda rriżenjat wara li ammettiet li 30 sena ilu kellha tarbija minn ġuvni li dak iż-żmien kien għadu taħt l-età.
Waqt intervista, il-Ministru qalet li kienet bdiet relazzjoni ma’ tifel ta’ 15-il sena meta hi kellha 22 sena. Kienu ltaqgħu waqt grupp reliġjuż li kienu jattendu.
Huma kellhom relazzjoni sesswali bejnithom u meta hi kellha 23 sena u l-ġuvni 16 kellha tarbija minn tiegħu.
“Għaddew 36 sena minn dakinhar… l-affarijiet inbiddlu. Illum żgur li nirraġuna mod ieħor,” qalet Thórsdóttir.