“Ministru inti moħli hawn fil-Parlament”. Hekk iddikjara id-Deputat Nazzjonalista David Thake waqt l-intervent tiegħu fil-Parlament fid-diskussjoni dwar l-estimi għall-Ministeru għall-Ambjent. Hu spjega li espert internazzjonali fil-biodiverstià David Attenborough qed jiddikjara b’mod kontinwu li l-biodiversità fid-dinja qed tonqos imma l-Ministru Aaron Farrugia qed tgħid li l-biodiversità f’pajjiżna qed tmur għall-aħjar.
Tenna li “Ministru inti għandek erbgħin sena u flok tgħallimt mill-iżbalji ta’ ħaddieħor, inti qed tirrepetihom u tagħmilhom tiegħek. Dan hu l-akbar diżappunt. X’farsa jkollok lill-Ministru Ian Borg jeqred l-għelieqi u siġar. Kull darba li tqaċċat siġra tkun qed tgħin biex din tkompli tinqered.”
Saħaq li “l-viżjoni tagħna tal-ambjent hi li nipproteġu dak li fadlilna”.