Saturday, November 23, 2024

Ministru jgħid li l-Covid-19 ma żiditx il-kriminalità

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri irrimarka fil-Parlament li s’issa ma jirriżultax li l-Covid19 żiedet ir-rata tal-kriminalita f’pajjiżna.

Huwa sostna dan waqt is-seduta li fiha l-Parlament iddiskuta emendi fil-liġi b’rabta mal-Korp tal-Pulizija.

Waqt li stqarr li l-kriminal jibqa’ kriminal u ebda pandemija ma twaqqfu, Camilleri spjega kif jekk inqabblu xahar b’xahar din is-sena mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet jirriżulta li ma kienx hemm żieda fil-kriminalita.

Huwa irrefera għall-mod ġdid kif se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija fejn insista li waqt li l-Oppożizzjoni trid li l-politiku jibqa’ jkollu kontroll fuq l0-għażla dan il-Gvern qed jerħi l-poter esklussiv li kellu l-Prim Ministru.

Camilleri fakkar li se tkun il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) li tissuġġerixxi l-persuna li għandha tingħażel kif isir f’ħatriet simili tal-Istat u ċaħad li għax il-kariga se jkollha 12-il xahar probation ifisser li l-Gvern jista’ jaqbad u jkeċċi l-Kummissarju tal-Pulizija għax dan jibqalu d-dritt tal-appell quddiem l-istess PSC.

Il-kelliem insista wkoll li bejn li l-pulizija jibqgħu fl-għases u jkunu fit-toroq jippreferi t-tieni triq u waqt li nsista li ċertu għases se jibqgħu miftuħin semma kif dawk li le xorta se jibqalhom il-faċilita tal-intercom għal min imur għall-għajnuna u jsib il-bieb magħluq.

Dan se jwassal biex jekk persuna ma tkunx midħla tat-teknoloġija xorta se tkun tista’ minn wara l-bieb tal-għassa tagħmel kuntatt mal-Pulizija għall-għajnuna li jkollha bżonn.

Camilleri irrefera wkoll għall-esperiment tal-pulizija fil-kommunita tal-Mellieħa u rrimarka li dan kien wieħed li rnexxa tant li hemm il-ħsieb li jiġi attwat f’lokalitajiet oħrajn.

Sport