Tuesday, December 24, 2024

Ministru jiċħad “allegazzjoni” dwar l-għażla tal-Captain Morgan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ċaħad li l-Captain Morgan ġiet magħżulha biex fuq vapuri tagħha jinżammu l-immigranti għax is-sidien jiffinanzjaw il-Partit Laburista.

Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsih kif intagħżlet il-kumpanija u jekk il-familja proprjetarja tagħha tiffinanzjax lill-Partit Laburista u għalhekk ġiet magħżulha.

Camilleri wieġbu li l-ministeru mmexxi minnu m’għandu x’jaqsam xejn mal-finanzjament li jirċievu jew ma jirċevux il-partiti politiċi u ddeskriva l-istqarrija ta’ Azzopardi bħala “allegazzjoni”.

Ekonomija

Sport