Saturday, November 23, 2024

Ministru jiddeskrivi bħala “enormi” il-ħsara fl-Aħrax

Aqra wkoll

Filmat: Alan Saliba

YouTube video

Il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri saħaq fil-Parlament li l-infurzar tal-liġi irid isir kullimkien inkluż fit-toroq, il-widien, il-ġonna u l-imsaġar.

Huwa iddikjara dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari relatati man-nirien li ħakmu l-Aħrax tal-Mellieħa fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda u li qerdu madwar 450 siġra protetta.

Camilleri iddeskriva dak li ġara bħala “uġiegħ ta’ qalb” u iddeskriva l-ħsara li saret bħala waħda “enormi” għax l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jiffaċċjaw ir-riħ li beda jferrex in-nirien.

Waqt li semma kif l-infurzar irid isir kullimkien, Camilleri spjega kif huwa nfurmat li l-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia qed jaħdem fuq pjan għal gwardjani f’siti simili.

Huwa kien mistoqsi dwar il-‘community police’ fejn insista li jippreferi li jara pulizja jduru fil-lokalitajiet fuq saqajhom jew fuq rota milli jkunu ġewwa f’għassa.

Fl-istess waqt sostna li l-Pulizija jrid ikollu l-għajnuna teknoloġika biex jekk hemm għassa magħluqa persuna tkun tista’ tikkomunika magħha b’sistema simili għall-intercom fejn fil-pjazza jew viċin il-knisja jkun hemm sistema fejn tkun tista’ tagħfas buttuna u tikkomunika mal-Korp.

Camilleri kien mistoqsi wkoll dwar l-aġenzija dwar ir-refuġjati fejn saħaq li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati se jinbidel f’aġenzija għax il-Gvern jixtieq li jingħatalu aktar riżorsi u awtonomija.

Sport