Sunday, December 29, 2024

Ministru tar-Repubblika Dominikana jinqatel b’sitt tiri t’arma tan-nar fl-uffiċċju tiegħu stess

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-ambjent u r-riżorsi naturali tar-Repubblika Dominikana nqatel b’tiri t’arma tan-nar fl-uffiċċju tiegħu stess. Persuni qrib il-ministru qalu li Orlando Jorge Mera, ta’ 55 sena, kien għaddej b’laqgħa meta f’ħin minnhom ġie milqut minn sitt tiri t’arma tan-nar. Kellimi għall-President qal li l-qattiel huwa Miguel Cruz u kien deskritt bħala ħabib kbir ta’ dan l-istess ministru. Fil-preżent Cruz jinsab arrestat u s’issa għadu mhux magħruf x’wasslu biex wettaq dan l-att.

Stqarrija maħruġa mill-fa­milja ta’ Mera tgħid li l-ministru ntalaqt b’diversi tiri t’arma tan-nar sparati minn persuna li kien ħabib antik tiegħu u kien ilu jafu mit-tfulija. L-istqarrija tkompli tgħid li huma jaħfru lill-aggressur hekk kif il-legat ta’ Orlando hu li qatt m’għandek iżomm mibegħda f’qalbek. 

Ekonomija

Sport