Sunday, October 27, 2024

Ministru Tork jakkuża lill-operazzjoni Ewropea IRINI li hi favur Haftar

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork, Mevlut Cavusoglu akkuża lill-operazzjoni Ewropea IRINI li qiegħda tmexxi l-embargo fuq l-armi fil-Libja favur il-qawwiet ta’ Haftar, u b’oppożizzjoni għall-Gvern leġittimu bi ftehim nazzjonali. 

Fi stqarrija li għamel waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Spanjol, Arancha Gonzalez Laya, hu staqsa jekk din l-operazzjoni kinitx qiegħda fil-verità tfittex ajruplani li huma mgħobbija b’apparat militari u armi li joriġinaw mill-Eġittu, mis-Sirja, mir-Russja, minn Franza u mill-Emirati Għarab Magħquda. 

Hu enfasizza li l-unika soluzzjoni għall-kriżi preżenti fil-Libja kienet permezz ta’ ftehim politiku. 

Sport