Sunday, November 24, 2024

Minkejja kull tama baqa’ ma sabx il-familja tiegħu fir-Rumanija

Stefano Sicari wieħed mill-parteċipanti ta’ Liquorish

Aqra wkoll

Stefano Sicari wieħed mill-parteċipanti ta’ Liquorish fl-aħħar ħinijiet tkellem dwar dak li għadda minnu hekk kif kien qiegħed jipprova jfittex il-familja tiegħu fir-Rumanija.

Stefano qal li wara li żar ir-Rumanija fi Frar li għadda sabiex ifittex l-għeruq tiegħu, irnexxielu jsir fejn kien l-istutut li trabba fih. Iżda għal dan il-ġuvni xtaqt aktar minn hekk u fil-fatt baqa’ għaddej bit-tama li jsib lil xi ħadd mill-familja tiegħu.

“Wara Frar tkellimt ma’ ħafna nies, wħud awgurawli, wħud ofrewli xi għajnuna speċjalment għal-‘translations’ u kuntatti fir-Rumanija. Tkellimt ma’ nies li se jadottaw u vera ħassejtni kburi li l-iskop ta’ dan kollhu wasal, li noffri pjattaforma u għajnuna billi naqsam l-esperjenza tiegħi,” kiteb il-ġuvni.

Hu kompla jgħid li f’Marzu li għadda NGO fir-Rumanija bdew jaħdmu fuq ftit informazzjoni li kellu, iżda rnexxielhom isibu l-post fejn kien ġie abbandunat. Minkejja dan kien hemm wisq informazzjoni nieqsa u ma kellhomx aħbarijiet sbieħ.

Tenna li l-aħħar tama għalih kienet li jagħmel xi testijiet tad-DNA fejn jekk xi ħadd forsi jkun għamel dan it-test qabel, jindunaw li jaqblu ma’ tiegħu u jsir jaf forsi xi ħadd mill-familja.

“Kont fuq ix-xwiek għar-riżultat, iżda wara x-xhur ir-riżultat wasal u ma nstab l-ebda forma ta’ ħjiel. Provajt u xorta kuntent li kont ta’ ispirazzjpni għal nies li għaddew jew jixtiequ jgħaddu minn dan kollu,” filwaqt li temm il-messaġġ billi rringrazzja lill-ġenituri tiegħu addottivi li għenuh f’dan kollu.

Sport