Saturday, November 23, 2024

Minkejja l-COVID-19 aġenzija ta’ kreditu tgħid li l-ekonomija Maltija hija A+

Aqra wkoll

Wara Fitch Ratings, Standard and Poor’s u Moody’s, issa kien imiss l-aġenzija Ġermaniża Creditreform Rating li tikkonferma li l-prospetti għal credit rating ta’ pajjiżna huma stabbli. B’kuntrast, mill-bidu ta’ Marzu kien hemm erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ngħataw prospett negattiv u tnejn oħra li kellhom ir-rating downgraded. 

Dwar Malta, Creditreform Rating bassret li, “the economy should recover through the second half and beyond as restrictive measures are gradually eased”. L-esperti Ġermanizi sostnew li, “policy efforts devoted to COVID-19 should mitigate the worst effects on the corporate and household sector”. Għalhekk, għall-2021, ir-rapport jipproġetta tkabbir ekonomiku ta’ kważi 5%, li ser ikun dovut għall-andament tajjeb f’industriji bħall-igaming, kif ukoll proġetti kbar ta’ investiment. 

L-aġenzija Ġermaniza tagħti importanza lill-pakkett ekonomiku mħabbar mill-gvern, tant li ssejjaħlu “a substantial policy package” li, skont l-analiżi tal-esperti Ġermanizi, ser jillimita “corporate bankruptcies and redundancies”. Filwaqt li dan huwa pakkett li ser jiswa ħafna, dan ma jħassibx lill- aġenzija Ġermanizam tant li r-rapport isostni li, “Malta’s favourable initial fiscal position, together with the fiscal prudence demonstrated in the recent past and the assumption of a short-lived shock, all support the stable outlook on Malta’s credit rating”. 

Fil-fatt, l-esperti barranin jinnutaw il-preżenza ta’ “sizeable fiscal buffers”, filwaqt li għandhom fiduċja li l-gvern ser jagħmel użu prudenti tal-fondi pubbliċi. 

Fattur importanti ieħor, skont din l-aġenzija, huwa li, “debt affordability appears to be no major issue”. Dan minħabba li r-rata ta’ imgħax li l-gvern irid iħallas hija baxxa għax teżisti ħafna likwidità u fiduċja fil-gvern Malti. 

L-aġenzija Ġermaniza temmen li Malta ser tibqa’ fost l-aktar ekonomiji Ewropej li ser jikbru u jiġġeneraw impjiegi. Ir-rapport jgħid li, “our credit assessment also factors in the quality of the sovereign’s institutional set-up, which we deem as generally high”. 

Għalhekk, anke din l-aġenzija qed tagħżel li, minkejja l-impatt tal-Covid-19, tikkonferma il-credit rating ta’ pajjiżna bħala A+.

Sport