Saturday, December 14, 2024

Minkejja l-pandemija fl-2020 żdiedu l-imwiet kawża ta’ ajruplani li ġġarrfu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja l-pandemija li kellha impatt kbir fuq is-settur turistiku, il-persuni li mietu s-sena li għaddiet kawża ta’ tiġrif ta’ ajruplani kummerċjali kien jiżboq lil dak tas-sena ta’ qabel.

Skont il-konsultazzjoni tal-avjazzjoni Olandiża To70, 299 persuna tilfu ħajjithom is-sena li għaddiet, filwaqt li s-sena ta’ qabel kien hemm 257 persuna li mietu minħabba l-istess raġuni.

To70 fl-istatistika ppubblikata tinkludi titjiriet li ġġarrfu mill-armata militari Iranjana f’Jannar li għadda li ħalliet 176 persuna mejta; nofs iċ-ċifra tal-vittmi tas-sena li għaddiet.

Iċ-ċifra tinkludi wkoll 98 persuna li mietu f’titjira tal-linja tal-ajru Pakistana fil-belt ta’ Karachi.

Skont l-istess To70, l-inċidenti kienu inqas b’total ta’ 40 inċident meta kkumparat mas-86 inċident tas-sena ta’ qabel. Ħamsa minn dawn l-aħħar 40 inċident kienu fatali.

L-aktar sena sigura fl-istorja tal-avjazzjoni kienet l-2017 meta mietu biss 13-il persuna.

Ekonomija

Sport