Monday, December 23, 2024

Minkejja l-protesti u riżenji, il-President  ta’ Sri Lanka determinat li jibqa’ fil-kariga

Aqra wkoll

Il-whip tal-gvern ta’ Sri Lanka qal li l-President tal-pajjiż mhux se jkun qiegħed jirriżenja mill-kariga u dan minkejja l-protesti u r-riżenji tal-ministri li kien hemm f’dawn l-aħħar jiem. 

Il-poplu u r-rivali politiċi tal-President Gotabaya Rajapaksa qed jitolbu biex dan immedjatament jitlaq mill-kariga għaliex minħabba li t-tmexxija tiegħu s-sitwazzjoni ekonomika ħażina ħafna li għaddej minnha l-pajjiż qiegħda tkompli tiggrava. 

Minħabba l-kriżi ekonomika kbira, is-Sri Lanka qiegħda tispiċċa mingħajr riservi ta’ muniti barranin u b’hekk mhux qiegħed ikollha biżżejjed flus biex tixtri provvisti tal-elettriku u gass tant li għadd ta’ residenti qegħdin idumu ġimgħat mingħajr dawn il-provvisti neċessarji. Apparti hekk, in-nies qegħdin ibatu minn skarsezza ta’ ikel u affarijiet oħrajn li jintużaw ta’ kuljum. 

Il-protesti u r-rabja tal-pop­lu wasslu biex fl-aħħar jiem il-ministri tal-kabinett jirriżenjaw kollha f’daqqa, u għadd ta’ membri parlamentari telqu mill-gvern. 

Minkejja dan l-eżodu, stqarrija maħruġa kienet tgħid li l-President Gotabaya Rajapaksa mhux se jkun qiegħed jirriżenja taħt l-ebda ċirkostanza.

Ekonomija

Sport