Friday, December 13, 2024

Minkejja reżistenza interna, Johnson jesprimi x-xewqa li jibqa’ jmexxi n-nazzjon fit-tul

Aqra wkoll

Membri f’karigi għoljin fil-Partit tal-Konservazzjonisti ddeskrivew bħala delużjonali l-fatt li l-Prim Ministru Ingliż Boris johnson esprima l-interess tiegħu li jagħmel terminu ieħor fil-kariga.

Waqt laqgħat tal-Commonwealth li fiha ltaqgħu l-mexxejja tal-gvernijiet f’kigali f’Rwanda, il-Prim Ministru Ingliż qal li qiegħed jippjana sabiex jikkontesta iż-żewġ elezzjonijiet li ġejjin u f’każ li jirnexxielu jirbaħ se jkun qiegħed jaqbeż lil Margret Thatcher li għamlet 11-il sena fil-kariga. Dan ikun ifisser li Boris Johnson isir il-mexxej li l-aktar li dam fil-kariga minn wara l-gwerra lil hawn.

Johnson qal lill-midja li x-xewqa tiegħu hija li jibqa’ jmexxi lin-nazzjon anke jekk membri parlamentari fl-istess partit tiegħu qegħdin jaħdmu biex ineħħuh minħabba l-aħħar żewġ riżultati interni li fihom 41 fil-mija tal-MPs urewh sfiduċja, skandli politiċi kif ukoll il-kriżi tal-għoli tal-ħajja.

Johnson meta mistoqsi dwar jekk huwiex se jkun qiegħed imexxi l-partit tal-Konservattivi, ironikament wieġeb “qed tistaqsuni jekk iniex se nirbaħ? Iva … sakemm jasal iż-żmien nilħaq nirrevedi aħjar, imma qiegħed naħseb b’mod attiv dwar l-irwol tiegħi”.

Johnson fil-kummenti tiegħu qal li l-pubbliku ma jimpurtahx iżjed minn dak li qed ikun allegat fuqu u li għejjew jisimgħu dawn l-affarijiet.

Skont ir-regoli attwali tal-Kumitat tal-Konservattivi tal-1922, mexxej li jirbaħ vot ta’ sfiduċja, anke b’distakk relattivament baxx, mhux mistenni li jerġa’ jiffaċċja ieħor qabel 12-il xahar, li jfisser li Johnson x’aktarx jibqa’ fil-kariga sa mill-inqas Ġunju tas-sena d-dieħla. 

Madankollu, it-18-il uffiċjal tal-kumitat jistgħu jbiddlu r-regoli u jnaqqsu dan il-perjodu għal sitt xhur jew inqas – proposta li xi membri qegħdin jaraw bħala vijabbli.

Ekonomija

Sport