Sunday, December 29, 2024

Minkejja t-testijiet, l-awtoritajiet għadhom ma jafux x’qed iwassal għall-mewt tal-ħut fix-xmara Oder

Aqra wkoll

L-uffiċjali Pollakki u Ġermaniżi għadhom qegħdin jipprovaw jifhmu eżatt il-kawża tal-mewt ta’ ammont kbir ta’ ħut fix-xmara Oder, li tgħaddi bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Dan il-każ ilu mill-aħħar tax-xahar li għadda jikkawża tħassib hekk kif regolarment qegħdin jinstabu ammonti kbar ta’ ħut metjin fuq ix-xtut ta’ din ix-xmara f’meded twal mijiet ta’ kilometri. Hu mifhum li dan qiegħed iseħħ wara li sustanza tossika sabet ruħha f’din ix-xmara, iżda s’issa għadu mhux magħruf x’inhi din is-sustanza u dan minkejja t-testijiet li saru. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, attivisti miż-żewġ pajjiżi kkritikaw lill-awtoritajiet talli qed jonqsu milli jaħdmu flim­kien biex jirrispondu għal dan id-diżastru li fl-aħħar mill-aħħar huwa wkoll ta’ riskju għan-nies. B’rabta ma’ dan il-każ, nhar il-Ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki keċċa lil żewġ uffiċjali am­bjentali minħabba l-mod mhux sodisfaċenti ta’ kif indirizzaw din il-problema. 

Huwa tenna li għall-ewwel kien maħsub li din hija problema “lokali” iżda issa qiegħed isir magħruf li din hi problema fuq skala kbira ħafna tant li x-xmara trid snin biex terġa’ tirkupra. 

Ekonomija

Sport