Friday, November 15, 2024

Minn għada jitneħħew aktar miżuri fosthom fil-knejjes

Aqra wkoll

Minn għada t-Tnejn, 2 ta’ Mejju, il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-COVID-19 mhux se jibqgħu fis-seħħ waqt il-quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil-preżenza tal-pubbliku fil-knejjes. Dan wara t-tibdil fil-liġijiet mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa l-ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra. 

Hu rrakkomandat li fil-knejjes jibqa’ jintuża s-sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu. 

L-Insara huma mħeġġa sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd. 

Ekonomija

Sport