Minn għada 6 ta’ Lulju, Il-Covid Alert Malta App mhux se tibqa’ aktar disponibbli.
L-użu ta’ din l-app kienet li tinfurmak jekk tkun viċin persuna li ġiet ittestjata pożittiva għal Covid-19.
Din kienet taħdem biss jekk iż-żewġ persuni jkollhom din l-app installata fil-mowbajls tagħhom. Jekk dak ikun il-każ, il-persuna li tkun għamlet tal-anqas 15-il minuta ħdejn il-persuna infettata kienet tirċievi notifika fuq il-mowbajl tagħha fejn tiġi mħeġġa li ċċempel 111 uu tagħmel swab test.
Il-Gvern f’Malta ħa ħsieb li jiżviluppa din l-app b’ħidma bejn tliet entitajiet li huma d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, il-MITA u l-MDIA. Id-Deputat Prim Ministru kien assigura li din l-app taħdem b’mod li kompletament jissalvagwardja l-privatezza tal-individwu u ma jkollix informazzjoni ta’ fejn kien peress li ma taħdimx bil-gps imma biss bil-blue tooth.
Huwa kkalkulat li madwar 74,000 persuna għamlet użu minn din l-app wara biss ftit jiem mit-tnedija.