Tuesday, December 24, 2024

Minn għada sal-Ħadd 28 ta’ Awwissu ser jiġi pprovdut shuttle service lir-residenti f’Ħal Safi

Aqra wkoll

Fl-isfond tax-xogħlijiet li qed isiru biex jittaffa l-għargħar fiż-Żurrieq, u peress li f’Ħal Safi ser jingħalqu xi toroq b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa, minn nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu, sal-Ħadd, 28 ta’ Awwissu, it-trasport pubbliku miż-Żurrieq għall-Belt Valletta mhux ser ikun possibbli li jgħaddi minn Ħal Safi.

Għalhekk ser jiġi pprovdut shuttle service għar-residenti li jużaw ir-rotot 71, 73, 117 u 218 li jitlaq minn quddiem il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi u jwassalhom sal-venda taż-Żurrieq.

Dan l-arranġament kien possibbli wara diskussjonijiet bejn il-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Safi u ż-Żurrieq flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

It-trasport pubbliku li jkun ġej mid-direzzjoni tal-Belt Valletta lejn iż-Żurrieq ser jgħaddi mis-service road ta’ Triq il-Kuċċard kif hemm spjegat fid-devjazzjoni li tinsab annessa ma’ dan l-avviż.

Passiġġieri fuq it-trasport pubbliku fid-direzzjoni lejn iż-Żurrieq jistgħu jinżlu fil-bus stops temporanji fis-service road ta’ Triq il-Kuċċard jew jibqgħu sejrin sal-venda taż-Żurrieq u jistennew ix-shuttle service li jwassalhom lura
sa quddiem il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.

It-trasport pubbliku miż-Żurrieq fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta ser jgħaddi biss minn Triq il-Kuċċard bejn il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu u l-Ħadd, 21 ta’ Awwissu, filwaqt li mit-Tnejn, 22 ta’ Awwissu sal-Ħadd, 28 ta’ Awwissu se jkun qed jgħaddi minn Triq il-Belt Valletta.

It-trasport pubbliku jerġa’ jiġi lura għan-normal minn nhar it-Tnejn, 29 ta’ Awwissu 2022.

Ekonomija

Sport