Sunday, November 24, 2024

Minn Ġunju lil hawn inqabdu 15-il persuna bi droga illegali f’Paceville

Aqra wkoll

Bejn Ġunju 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2023, kien hemm 15-il persuna li nqabdu bi droga illegali f’Paceville u f’San Ġiljan. F’ħames każi minnhom, il-persuni li nqabdu kienu qed jittraffikaw id-droga.

F’żewġ każi, il-persuni maqbuda kienu fil-pussess ta’ droga bl-intenzjoni li jissupplixxu u t-tminn każi l-oħra kienu dwar pussess ta’ droga.

Fl-istess perjodu, kien hemm 12-il każ fejn żgħażagħ taħt l-età legali nqabdu jixorbu alkoħol jew spirti ġewwa Paceville. Kien hemm ukoll 20 żagħżugħ u żagħżugħa taħt l-età li nqabdu ġewwa stabbilimenti, night clubs jew postijiet oħra ta’ divertiment f’Paceville.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ta dawn id-dettalji fil-Parlament meta kien qed iwieġeb diversi mistoqsijiet li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Sport