Monday, May 26, 2025

Minn konkos għal spazju ambjentali miftuħ: 9,000 metru kwadru t’art f’Pembroke mibdula fi ġnien

Aqra wkoll

Disat elef metru kwadru t’art f’Pembroke ġew mibdula fi ġnien mill-isbaħ għar-residenti ta’ Pembroke u l-inħawi. L-art li tinsab f’żona tal-iżvilupp kienet spazju miksi konkos, li grazzi għall-ħidma ta’ Project Green illum inbidlet fi ġnien li jista’ jitgawda f’ambjent mill-isbaħ.

Ġnien San David, l-isem magħżul mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, jinsab biss 10 minuti mixi ‘l bogħod mir-residenzi ta’ madwar 3,600 familja li jgħixu fil-madwar. 

L-ispazju ġdid aħdar ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent Dr Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Joseph Cuschieri flimkien ma’ Kaylon Zammit, is-Sindku ta’ Pembroke u l-membri tal-Kunsill Lokali.

“Spazju wara ieħor, qed inwettqu l-viżjoni ta’ aktar spazji miftuħa għall-komunitajiet tagħna. Proġetti li jsebbħu ż-żoni urbani u joffru spazji ambjentali lil min iżurhom. Dawn huma l-ġonna ta’ kulħadd – żuruhom, ħudu ħsiebhom u fuq kollox gawduhom,” qalet il-Ministru Dalli. 

B’investiment ta’ madwar €700,000, fi Ġnien San David saru bosta interventi biex ikun jista’ jinħoloq dan il-ġnien. Biswit hemm tlett gibjuni tal-ilma li se jintużaw għat-tisqija. Biex tissaħħaħ is-sostenibilita tiegħu, fil-ġnien intuża materjal permeabbli biex I-ilma tax-xita jiffiltra b’mod naturali. Il-passaġġi wesgħin huma maħsuba biex il-ġnien ikun aċċessibbli għal kulħadd. Tħawwlu madwar 113-il siġra u ‘l fuq minn elf arbuxell. 

II-Kap Ezekuttiv ta’ Project Green Joseph Cuschieri sostna li Project

Green qed taħdem bi sħiħ biex aktar kommunitajiet igawdu minn spazji miftuha qrib tagħhom.  

“F’dan il-progett rajna li nagħtu I-ħajja lil din iż-żona, hekk kif minn żona

bil-konkos illum qed naraw ġnien b’siġar u fjuri li qed jagħtu derha

isbaħ u spazju ġdid fejn ir-residenti jistgħu jqattgħu ftit ħin ta’ rilassament jew jiġu għal xi mixja ħelwa,” qal Joseph Cuschieri.

Is-Sur Cuschieri spjega wkoll kif b’ħidma konġunta ma’ Aġenzija Sapport, Project Green diġa tat bidu għar-riġenerazzjoni t’art biswit dan il-ġnien ġdid sabiex l-ispazji miftuħa jkomplu jikbru. 

Ix-xogħlijiet saru b’konsultazzioni sħiħa mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Is-Sindku Kaylon Zammit spjega kif il-Kunsill għażel l-isem Ġnien San David minħabba l-ġemellaġġ li l-kunsill għandu mal-kunsill lokali ta’ Pembroke f’Wales. “Kemm jiena sodisfatt li permezz tal-kollaborazzjoni bejn Project Green u l-kunsill lokali qed jirnexxilna nersqu iktar lejn ix-xewqa tagħna biex naraw iktar spazji miftuħa fil-lokalita. Ikkolabborajna mar-residenti, smajna x’riedu r-residenti, u ilħaqna bilanċ biex illum il-ġurnata għandna dan l-ispazju miftuħ ġdid.”

Il-Ministeru għall-Ambjent u l-entitajiet tiegħu diġà wettqu 60 proġett differenti ambjentali mill-2022 mifruxa madwar il-pajjiż, inkluż f’40 ġonna w parks u 20 wied. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport