Minn nhar it-Tnejn li ġej, dawk li għandhom ‘il fuq minn 55 sena jistgħu jibdew jitlaqqmu kontra l-virus tal-influwenza.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Dan is-servizz se jkun qed jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa.