Saturday, December 21, 2024

Minn nhar l-Erbgħa ser jibda l-bini mill-ġdid ta’ Triq in-Naxxar, f’Birkirkara

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2022 ser tibda’ fażi oħra tal-bini mill-ġdid ta’ Triq in-Naxxar, f’Birkirkara.

Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti minn din it-triq, bejn kantuniera ma’ Triq it-Tabib J. Zammit u kantuniera ma’ Triq Dun Karm (il-Bypass ta’ Birkirkara) ser tkun magħluqa sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli lejn rotot alternattivi minn Triq il-Fuħħarin jew minn Triq il-Wied Ħal Balzan, f’Ħal Balzan.

Ekonomija

Sport