Wednesday, November 20, 2024

Minn tal-inqas 100 persuna maħsuba li nqatlu f’attakk mill-ajru fil-Myanmar

Aqra wkoll

Aktar minn 100 persuna huma maħsuba li nqatlu f’attakk mill-ajru mill-militar tal-Myanmar matul il-jum tat-Tlieta. Dan qed ikun meqjusa bħala wieħed mill-aktar attakki fatali sa issa f’din il-gwerra ċivili. 

Dawk li rnexxielhom isalvaw qalu mal-BBC li kien hemm minn tal-inqas 80 katavru, bin-numru ta’ persuni mejta mistenni li jkompli jiżdied. 

In-Nazzjonijiet Uniti kkundannat l-attakk, li fil-mira tiegħu kien hemm raħal fir-reġjun tal-Majjistral ta’ Sagaing. 

Il-militar uża dejjem attakki mill-ajru kontra l-avversarji tagħhom minn meta ħa f’idejh il-poter fi Frar tal-2021.

Kelliem għall-ġunta militari qal lit-televiżjoni tal-istat ikkonferma li wettqu dan l-attakk bl-ajru u li għażlu l-villaġġ ta’ Pa Zi Gyi li kien qed jagħmel ċerimonja biex jimmarka l-ftuħt ta’ uffiċċju għall-forza tad-difiża tal-voluntiera lokali tagħhom. 

Dawn il-milizzji kontra l-kolp ta’ stat, magħrufa bħala People’s Defense Forces, qed jagħmlu kampanja kontra l-militar f’diversi żoni tal-Myanmar. Diversi komunitajiet f’Sgaing poġġew ukoll oppożizzjoni b’saħħitha għall-ħakma militari. 

Sport