Sunday, December 22, 2024

Minn tal-inqas 17 imutu wara li ferrovija ħarġet mil-linji tagħha fl-Iran

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 17-il persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu wara li ferrovija ħarġet mil-linji tagħha fl-Iran. 

L-inċident seħħ bejn il-bliet ta’ Mashhad u Yazd madwar 50 kilometru minn Tabas. Il-ferrovija kienet qed iġġorr 348 passiġġier. 

Uffiċjali tas-servizzi ta’ emerġenza qalu li l-ferrovija ħabtet ma’ skavatur qabel ma ħarġet mil-linji. Huma wissew li n-numru ta’ mwiet jista’ jiżdied minħabba li ħafna mill-midruba jinsabu f’qagħda kritika fl-Isptar.

Il-kelliem għas-servizz ta’ salvataġġ nazzjonali, Mojtaba Khaled, qal lill-ġurnalisti li għaddejja operazzjoni kbira ta’ salvataġġ u li tliet helikopters u 10 ambulanzi ntbagħtu fuq il-post.

Ekonomija

Sport