Saturday, November 30, 2024

Minn tal-inqas 37 persuna jitilfu ħajjithom f’inċident marittimu fil-Bangladesh

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 37 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 100 oħrajn sofrew ġrieħi wara li bastiment mimli bin-nies ħa n-nar. Dan il-każ seħħ fin-Nofsinhar ta’ Bangladesh.

Il-bastiment, li fih tliet sulari u jbaħħar fix-xmajjar, ħa n-nar hekk kif kien f’nofs il-vjaġġ sewwasew qrib il-belt ta’ Jhalakathi. Dan il-bastiment kien fuq traġitt bejn Dhaka u Barunga. Uħud mill-vittmi spiċċaw għerqu hekk kif dawn qabżu fil-baħar biex jaħarbu n-nirien. Uffiċjali li tkellmu mal-midja qalu li n-numru ta’ persuni mejta f’dan l-inċident jista’ jkun li jiżdied hekk kif hemm uħud mill-passiġġieri li qed isofru minn ġrieħi serji.

Hu kkalkulat li b’kollox kien hemm 500 persuna abbord il-bastiment. Hu mifhum li n-nirien żvolġew fin-naħa tal-magna tal-bastiment u nfirxu b’ħeffa kbira madwar il-bastiment kollu. Jidher li n-nirien damu jaqbdu għal sigħat sħaħ.

Sfortunatament inċidenti bħal dawn ġewwa Bangladesh mhumiex rari. Dawn ġeneralment iseħħu minħabba li l-vapuri jkunu mgħobbija b’iktar nies milli suppost, u anke minħabba l-livell baxx ta’ manteniment li jkollhom dawn il-vapuri.

Sport