Sunday, November 24, 2024

Minn tal-inqas 40 persuna jmutu wara li nirien ħakmu bini f’Bangladesh

Aqra wkoll

Nirien kbar li ħakmu binja ta’ sitt sulari fil-kapitali tal-Bangladesh Dhaka tard il-Ħamis filgħaxija, ħallew mill-inqas 43 persuna mejta u għexieren ta’ persuni oħra midruba. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż.

Sa issa minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li n-nirien oriġinaw minn ristorant u nfirex għal sulari oħra. Il-Ministru tas-Saħħa, Samanta Lal Sen f’kumment li tat lill-ġurnalisti, qalet li hemm bosta persuni li qed jieħdu l-kura fl-Isptar tal-Kulleġġ Mediku ta’ Dhaka.

Is-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll wara sagħtejn ta’ sforzi kontinwi minn 13-il ħaddiema tat-tifi tan-nar. Uffiċjali qalu wkoll li l-pumpiera kellhom jużaw krejn sabiex isalvaw lin-nies mill-bini. 

Is-Servizz tat-Tifi tan-Nar tal-Bangladesh u d-Direttur tad-Difiża Ċivili, il-Brigadier Ġenerali Main Uddin qal li n-nar seta’ oriġina minn tnixxija tal-gass. “Huma spjegaw kif kien bini perikoluż b’ċilindri tal-gass f’kull sular, anke fuq it-taraġ.”

Sport