Monday, December 23, 2024

Minn tal-inqas disa’ persuni jmutu mgħarrqa f’maltemp li ħakem lin-Nofsinhar ta’ Franza

Aqra wkoll

Minn tal-inqas disa’ persuni mietu mgħarrqa fin-Nofsinhar ta’ Franza kawża ta’ maltemp li laqat lil din iż-żona. Dawn il-persuni tilfu ħajjithom hekk kif kienu qegħdin jgħumu, minkejja t-twissijiet mill-awtoritajiet Franċiżi dwar maltemp f’din iż-żona tal-pajjiż. Jidher li l-inċidenti seħħew f’seba’ bajjiet differenti. 

Ħames persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn 60 u 79 sena tilfu ħajjithom f’ħames bajjiet differenti ġewwa Hérault. Żewġt irġiel oħra ta’ 58 u 71 sena għerqu f’żewġ bajjiet ġewwa Bouches-du-Rhône.

Is-Sindku ta’ Vias, Jordon Dartier, il-post fejn raġel tilef ħajtu wara li allegatament waqa’ minn fuq il-blat qal li, “jien ma nistax nifhem kif hawn persuni li jinżlu fil-baħar meta dan jkun imqalleb. Din hija ġurnata drammatika fir-reġjun tagħna.” Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet ta’ Hérault kienu wissew lill-poplu biex jevita li jinżel fil-baħar, iżda sfortunatament kien hemm min ma tax kas. Apparti dawk li tilfu ħajjithom, kien hemm numru ta’ persuni oħrajn li marru jgħumu u wħud minnhom kellhom jiġu salvati mill-ħaddiema tas-salvataġġ.

Ekonomija

Sport