Saturday, November 23, 2024

Minneapolis tikkunsidra li xxolji d-Dipartiment tal-Pulizija wara l-mewt ta’ George Floyd

Aqra wkoll

Il-Kunsill tal-belt ta’ Minneapolis qed jikkunsidra li jxolji d-dipartiment lokali tal-Pulizija wara li l-mewt ta’ George Floyd ħarġet fil-beraħ il-brutalità li tintuża mill-uffiċjali tal-pulizija tagħha.

Mill-inqas erba’ membri mit-13-il membru tal-kunsill huma favur li l-belt ixxolji d-dipartiment tal-pulizija.

Fosthom hemm Jeremiah Ellison li qed jisħaq li approċċ differenti mill-Pulizija issa huwa inutli.

Minflok il-membri tal-kunsill qed jissuġġerixxu mudell ġdid trasformattiv għas-sigurtà tal-pubbliku li jinvolvi l-intervent ta’ ħaddiema soċjali jew mediċi f’ċerti sitwazzjonijiet li normalment jirrispondu għalihom il-Pulizija.

Min-naħa l-oħra x-xoljiment tad-dipartiment tal-Pulizija m’għandux l-appoġġ tas-sindku Jacob Frey, li iżda qed jinsisti negozjati ġodda mal-unjin tal-pulizija.

Is-sejħiet għax-xoljiment tad-dipartiment waslu wara li filmat juri lill-uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin iżomm lil Floyd b’għarkuptejh fuq għonqu għal aktar minn tmien minuti anke wara li r-raġel beda jitlob lill-pulizija biex iħallih jieħu nifs.

Il-mewt ta’ Floyd qanqlet rabja kbira fis-soċjetà Amerikana, b’diversi partijiet tal-pajjiż karatterizzati minn irvellijiet u dimostrazzjonijiet vjolenti.

Sport