Ir-Reġina Eliżabbetta II użat l-indirizz annwali tagħha ta’ Jum il-Milied biex tfakkar lil dawk li qed ibatu fis-solitudni li mhumiex waħidhom.
F’dan iż-żmien straordinarju r-Reġina f’messaġġ ta’ tama u kuraġġ qalet kif din il-pandemija għaqdet aktar lill-popli madwar id-dinja u appellat biex kulħadd jibqa’ għaddejj b’ħajtu għax iż-żmien sabiħ jinsab wara l-bieb.
Fl-Indirizz tagħha hija qalet li qalbha qiegħda ma’ dawk li jħosuhom imdejqa u waħedhom u li ħafna persuni f’dawn il-ġranet jistennew biss tgħanniqa jew għafsa t’id.
Bħal ħafna ir-Reġina u r-raġel tagħha l-Prinċep Karlu qattgħu dan il-Milied ’il bogħod mill-familja tagħhom.