Saturday, December 21, 2024

Mira li sal-bidu tas-sajf jitneħħew l-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar ġimgħat in-numri ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 baqa’ nieżel, biex illum għandna inqas minn 3,000 pożittiv fil-komunità.

Huwa qal ukoll li n-numri fl-isptarijiet tagħna speċjalment fl-ITU huma stabbli. Dan filwaqt li t-tilqim tal-booster li għadu għaddej miexi b’ritmu tajjeb ħafna. “Għandna ‘l fuq minn 330,000 residenti Maltin u Għawdxin li issa ħadu l-booster. Dan ifisser li 78% tal-adulti Maltin u Għawdxi li huma mlaqqmin u protetti bil-booster.”

Huwa qal li 40% tat-tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena li ħadu mill-inqas l-ewwel tilqima u bħalissa għaddejjin bl-għoti tat-tieni doża.

Barra minn hekk wieħed qed jinnota f’dawn il-jiem jidher li n-numru ta’ każi attivi jibqa’ jistabbilizza. Spjega li jidher li xorta se jibqa’ jkollna numru limitat ta’ każi ġodda fil-komunità. Minkejja dan skont l-analiżi li saret, jidher li bil-vaċċin u t-teħid tal-booster se jkollna biżżejjed immunità biex għalkemm ikun hemm każijiet ġodda, każijiet severi u konsegwenzi severi tal-covid ikunu baxxi. 

Dan se jfisser li pajjiżna jinsab f’sitwazzjoni li jekk il-previżjonijiet li għandna jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar parti tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf nneħħu l-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet li għandna fis-seħħ illum.

Il-Ministru Chris Fearne spjega li kif ħabbar aktar qabel, minn April, bidu ta’ Mejju se jkunu qegħdin jiġu ċċelebrati l-festi fl-ibliet u l-irħula b’mod responsabbli. Barra minn hekk f’Mejju se tkun qiegħda tittella’ wkoll edizzjoni speċjali tal-Karnival. Fearne għamilha ċara li dan kollu jiddependi fuq is-sitwazzjoni attwali li jkun hemm fil-pajjiż dakinhar, imma l-previżjonijiet huma li dawn it-tip ta’ attivitajiet isiru mingħajr ma nipperikolaw is-saħħa tal-komunità tagħna.

Bejn issa u l-bidu ta’ Mejju, se jkunu qegħdin jitħabbru u jiġu attwati numru ta’ passi biex din ir-road map twassalna biex noħorġu mill-maġġoranza tal-miżuri.

“Se jkunu miżuri li se jitħabbru parti, parti. Nanalizzaw l-impatt tagħhom u jekk is-sitwazzjoni tippermetti immorru għal pass ieħor”, kompla l-Ministru.

Fost rilaxx ieħor ta’ miżuri il-Ministru ħabbar li:

Ekonomija

Sport