Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Bożnjak Miralem Pjanic mistenni jingħaqad ma’ CSKA Moscow fir-Russja. Dan tal-aħħar għandu 34 sena u riċentement temm il-kuntratt li kellu ma’ Sharjah fl-Emirati Għarab Magħquda. F’sentejn hu lagħab 41 logħba u skorja erba’ gowls.
Peress li Pjanic hu aġent ħieles, mistenni jingħaqad immedjatament ma’ dan it-tim Russu. Hu għandu esperjenza notevoli fil-futbol internazzjonali meta lagħab ukoll ma’ Metz, Lyon, Roma, Juventus, Barcelona u Besiktas.