Saturday, October 26, 2024

Mircea Lucescu msemmi bħala coach ma’ Al Nassr

Aqra wkoll

Wara li Al Nassr ta’ Cristiano Ronaldo neħħew lil Rudi Garcia minn coach, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb qed jaħsbu min se jkun is-sostitut tiegħu. Xi ġurnali fl-Arabja Sawdija qed jgħidu li l-kowċ Rumen Mircea Lucescu hu msemmi li jista’ jingħaqad magħhom. 

Minkejja kollox, Lucescu ta’ 77 sena qal li l-Arabja Sawdija hu pajjiż ferm ‘il bogħod u fl-istess waqt ma tantx jogħġbu l-ambjent li joffri dan il-pajjiż.

Lucescu bħalissa qed imexxi lil Dynamo Kyiv fl-Ukrajna filwaqt li dan l-aħħar kien ukoll coach tat-tim nazzjonali tat-Turkija. 

Sport