Monday, February 10, 2025

Miriana Conte l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Rapporti fil midja qegħdin jgħidu li l mara li kellha tidaħħal l isptar wara ħabta f’Haz-Zebbug hija l-kantanta Miriana Conte li lbieraħ rebħet il-Malta Eurovision.

Jidher li hi qiegħda ssofri minn xokk wara l-ħabta.

Mara kellha tidaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-10.30am kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ bejn karozza BMW li kienet misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara u karozza Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lis-sewwieqa, fejn wara li ngħataw l-ewwel għajnuna ħadu lil mara l-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel jidher li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhix magħrufa.

Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport