Hekk kif bħalissa għaddejja t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, bosta għadhom tal-fehma li l-plejers femminili xorta mhux qed jitħallsu biżżejjed ikkumparati mal-irġiel.
Esprima din il-fehma l-eks attakkant internazzjonali Ġermaniż Miroslav Klose li sostna li hemm bżonn li fil-Ġermanja tassew ikun hawn ugwaljanza fis-salarji minħabba li l-plejers nisa jitħarrġu u jagħmlu ħafna sagrifiċċji daqs l-irġiel.
Fl-aħħar logħba li lagħbu jumejn ilu, it-tim nazzjonali Ġermaniż safa’ eliminat mit-Tazza tad-Dinja wara telfa kontra l-Korea t’Isfel.