Saturday, January 4, 2025

Titħabbar bidla fis-sistema tal-ġbir tal-iskart minn Jannar tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Hekk kif kien determinat fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart, b’seħħ mit-2 ta’ Jannar 2023, il-ġbir u ġarr tal-iskart kollu domestiku ser jibda jsir fuq bażi Reġjonali. 

Biex titneħħa l-anomalija eżistenti dwar l-iskedi tal-ġbir tal-boroż b’mod differenti bejn il-lokalitajiet, mit-2 ta’ Jannar 2023 l-iskeda tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu ser tkun waħda uniformi għal Malta u Għawdex kollha.

Għaldaqstant, l-iskeda l-ġdida tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu fihom li ser tibda mit-2 ta’ Jannar hi kif ġej:

It-Tnejn – Skart Organiku biss (borża bajda)
It-Tlieta – Skart imħallat (borża sewda)
L-Erbgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
Il-Ħamis – Skart Riċiklat (borża griza jew ħadra)
Il-Ġimgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)
Is-Sibt – Skart Imħallat (borża sewda)

Il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jkun qed isir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Aktar informazzjoni dwar il-ħin tal-ħruġ u l-ġbir tal-iskart jingħata lir-residenti mill-Kunsilli Lokali u Reġjuni rispettivi.

Se tibda wkoll kampanja ta’ informazzjoni fuq id-diversi mezzi tax-xandir dwar dan is-suġġett. Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar għajnuna jista’ jsir kuntatt fuq numru tat-telefon 2090 8600 jew wieħed jista’ jżur is-sit www.wastecollection.mt

Ekonomija

Sport