Skont informazzjoni provduta minn Malta Libraries, matul perjodu ta’ għaxar snin bejn l-2013 u l-2023 ġew mislufa 8,573,786 ktieb mil-libreriji pubbliċi. Dawn jinkludu il-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Malta, il-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Għawdex, il-Libreriji Reġjonali u l-Librerji lokali.
In-numru ta’ kotba fiżiċi li ġew mislufa matul il-perjodu msemmi kien jammonta għal 8,362,862 filwaqt li n-numru ta’ kotba diġitali magħrufa aħjar bħala e-books, kien jammonta għal 210,924. Ta’ min wieħed jirrimarka li s-servizz tal-ebooks ta’ Malta Libraries ġie mniedi f’April 2016.
Mill-banda l-oħra, matul il-perjodu 2013-2023 ġew reġistrati 61,757 membru ġdid ma’ Malta Libraries. Il-maġġoranza tal-membri li ġew reġistrati ma’ Malta Libraries kienu tfal li għandhom 17-il sena jew anqas.
Intant, fl-aħħar erba’ snin bejn l-2020 u l-2023, skont informazzjoni li għadha trid tiġi pubblikata, Malta Libraries irreġistrat żieda konsekuttiva fis-self totali ta’ kotba kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.