Wednesday, December 25, 2024

Miss Ukrajna 2015 ukoll tissieħeb fil-ġlieda għall-kawża Ukrena

Aqra wkoll

Persuna oħra qalbiena li ddeċi­diet li tissieħeb fil-ġlieda għall-kawża Ukrena m’hija ħadd ħlief Anastasiia Lenna Miss Ukrajna 2015.

Il-gwerra żgur li ma tiddiskrimax bejn status soċjali, sinjuri jew faqar jew nisa u rġiel. Għalhekk ġewwa l-Ukrajna hemm eluf ta’ nisa li wkoll qed juru qlubija liema bħalha fil-ġlieda għal pajjiżhom.

Dan huwa dak li qiegħda tagħmel Miss Ukrajna 2015, li riċentament ippubblikat ritratt tagħha b’arma tan-nar f’idejha u qalet li se tissieħeb mal-forzi armati Ukreni fil-ġlieda tagħhom. Lenna hija biss waħda minn eluf ta’ nisa li diġà jifformaw parti mill-qawwa Ukrena.  

Aqra aktar: L-eroj moħbija fl-Ukrajna

Filwaqt li dawn l-eroj ingħataw isem, il-popolazzjoni kollha Ukrena qiegħda twettaq atti erojċi u dawk li mhux jiġġieldu qed jgħinu fl-assistenza umanitarja li hija wkoll bżonjuża immens.

Ekonomija

Sport