Wednesday, March 27, 2024

Missier b’kuntatt ma’ ibnu b’messaġġi jew video calls

…l-omm spiċċat trabbi tifel minuri, tieħu ħsieb missierha u lil nannitha

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Meta twieled it-tifel będą l-inkwiet. Ir-raġel waqaf jaħdem. Beda jitratta ħażin lil omm. Kien jieħu l-ikel li ġġib ommha, jinqafel f’kamra u ma jħalli lil ħadd jidħol. Meta t-tifel kellu ħames snin hu ma baqgħax jgħix mal-omm u wara xi zmień telaq lejn l-Istati Uniti.  Il-kuntatt ma’ ibnu permezz ta’ messaġġi jew sejħiet bil-vidjo”.  L-omm minnnaħa tagħha, spiċċat f’sitwazzjoni iebsa għax apparti li hi mara tad-dar, hi tieħu ħsieb u trabbi waħedha lill-binha,   tieħu ħsieb ukoll lill-missierha li jgħix magħha. Tispjega li missierha għandu sitta u sittin sena  u għandu problemi ta’ mobbilità. Ommha kienet ġiet nieqsa fis-sena 2012. Tgħid koll li tieħu ħsieb ukoll lil nannitha li għalkemm qiegħda f’dar tal-anzjani, żżurha u żżommilha kumpanija kuljum.

Dan ħareġ minn sentenza fil-qorti tal-familja fejn il-koppja ingħatat id-divorzju u ordnat li l-omm tirreverti għal kunjom xbubitha u għalhekk ordnat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex jieħu l-azzjoni meħtieġa. 

L-omm xehdet li hi żżewġet lil dak li kien ir-raġel tagħha bi żwieġ ċivili fir-Registru Pubbliku, f’April tas-sena 2004. Spjegat li wara tlett  snin miż-żwieġ tagħhom, il-partijiet kellhom iben. Tiddikjara li d-dar matrimonjali kien l-istess fond fejn illum il-gurnata gĦadhom jgħixu hi u binha b’kera. Xehdet li hi u r-raġel kienu ilhom żmien twil ma jgħixux flimkien u qalet li l-ewwel kienet telqet hi u marret tgħix lura għand ommha, u sussegwentement, fis-sena 2012, telaq ir-raġel mid-dar matrimonjali. Wara li telaq hi marret lura tgħix fid-dar matrimonjali ma’ binha.  Sostniet li qatt ma sseparaw legalment iżda l-Qorti tal-Familja fis-sena 2017, kienet afdat lil omm bil-kura u l-kustodja esklussiva tal-minuri u ordnat lir-raġel iħallas €200 bħala manteniment għall-minuri, u nofs l-ispejjeż ta’ saħħa, edukazzjoni u attivitajiet extra-kurrikulari. 

L-omm qalet li l-missier jgħix l-Istati Uniti. Hi kienet għaddietlu n-numru tal-kont bankarju tagħha u hu kien jibagħtilha l-flus tal-manteniment direttament fil-kont. Tenniet  li għandu kuntatt ma’ ibnu permezz ta’ messaġġi jew video calls. Tixhed li hi mara tad-dar, u apparti li tieħu ħsieb u trabbi waħedha lill-binha,  hija tieħu ħsieb ukoll lill-missierha li jgħix magħha. Tispjega li missierha għandu sitta u sittin sena  u għandu problemi ta’ mobbilità. Ommha kienet ġiet nieqsa fis-sena 2012. Tgħid koll li tieħu ħsieb ukoll lil nannitha li għalkemm qiegħda f’dar tal-anzjani, żżurha u żżommilha kumpanija kuljum. Tiddikjara li tgħix fuq il-benefiċċji soċjali b’€487 kull xahar, u c-children’s allowance ta’ €313 kull tlett xhur. Hija għandha kera ta’ €300 fix-xahar u jgħinha finanzjarjament missierha. Dan ġie kkonfermat ukoll minn Saviour Theuma, rappreżentant tad-Dipartiment Servizzi Socjali.

Hi talbet lill-Qorti li tieħu lura kunjomha xebba u li kemm hi u kif ukoll l-missieri jixtiequ li jieħdu d- divorzju. 

Spjegat kif wara li twieled il-minuri, l-affarijiet bdew sejrin ħażin bejniethom. Tixhed illi l-missier kien waqaf jaħdem u beda jitrattaha ħażin. Ommha kienet iġġibilhom l-ikel, u l-missier kien jieħu l-ikel u jagħlaq il-bieb u ma jħallihiex tidħol. Hu ma kienx iħalliha tmur għand ommha. Tikkonferma li l-aħħar li għexu flimkien kien fis-sena 2012 u wara dan ma reġax kien hemm rikonċiljazzjoni. Spjegat li l-manteniment dejjem tħallas u fil-ħin.

Minn naħa tiegħu l-missier iddikjara li hu jaqbel mal-omm biex jinħall iż-żwieġ tagħhom u kkonferma li m’għandhom l-ebda assi flimkien. Huwa sostna li qiegħed jgħix fl-Istati Uniti u li qiegħed jgħaddi manteniment fl-ammont ta’ €200 fix-xahar lill-omm bħala manteniment għall-minuri. 

Ekonomija

Sport