Tuesday, December 24, 2024

Missier Britney Spears imneħħi mill-arranġament li kellu ma’ bintu

Aqra wkoll

Qorti fl-Istati Uniti ssos­pendiet lil missier il-kan­tanta Britney Spears mill-ar­ranġament legali li kien jagħtih kontroll fuq il-ħajja ta’ bintu, u akkużatu bi snin ta’ abbuż.

Jamie Spears kien appun­tant bħala gwardjan ta’ bintu fl-2008 minħabba tħassib li kien qam dwar is-saħħa mentali ta’ Britney. Issa dan l-irwol għadda f’idejn raġel li ġie appuntant minn Britney innifisha. Kienu eluf dawk il-fanatiċi li appoġġjaw lil Britney permezz tal-kampanja #FreeBritney filwaqt li barra l-bini tal-qorti nġabru mijiet ta’ persuni li esprimew il-ferħ tagħhom wara li saret magħrufa d-deċiżjoni tal-Qorti. Apparti l-fanatiċi tagħha, kien numru ta’ persuni prominenti li wkoll esprimew l-approvazzjoni tagħhom, fosthom Cher, LaToya Jackon u Dionne Warwick. 

Jamie Spears, li ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ abbuż, kien ressaq talba quddiem il-qorti biex jinħall mill-arranġament legali li kellu ma’ bintu wara li din riedet li jkollha gwardjan ieħor. L-arranġament legali li persuna jkollha gwardjan ikun permess mill-qorti f’każijiet fejn persuna ma tkunx kapaċi tagħmel deċiżjonijiet waħedha, bħal ngħidu ħafna f’każ ta’ persuni li jsofru mid-dimensja jew mard mentali ieħor. 

L-arranġament legali ta’ Spears kien maqsum fi tnejn – wieħed għall-affarijiet finanzjari tagħha u l-ieħor għaliha bħala persuna. Kawża ta’ dan, Britney ilha mill-2008 ma jkollha kontroll fuq il-finanzi tagħha. 

Ekonomija

Sport