Wednesday, December 25, 2024

Missier faga lil ibnu b’mod aċċidentali fis-sodda wara li pejjep il-kannabis

Aqra wkoll

Il-każ marbut mal-mewt tat-tarbija Isaac Newton kellha żvolta fl-aħħar sigħat u dan hekk kif l-inkejsta sabet lill-missier li kienu għadu kif pejjep il-kannabis u li b’mod aċċidentali faga lil ibnu ta’ erba’ snin. Dan sar hekk kif huma kienu reqdin fl-istess sodda.

Il-missier b’xi mod spiċċa fuq ibnu u dan spiċċa faga. Il-missier Brooklyn Newton kien poġġa lil ibnu fis-sodda imdawwar bl-imħaded. Dan kien għall-ħabta tal-10.00 ta’ bil-lejl. Il-missier ittawwal lil ibnu għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu u anke tah il-flixkun tal-ħalib. Wara l-missier mar ipejjep il-Cannabis qabel daħal fis-sodda. Hu qagħad bejn uliedu, jiġifieri b’isaac fuq naħa u t-tifla fuq in-naħa l-oħra. Ġara li x’ħin qam fis-6.00 ta’ filgħodu sab lil ibnu kiesah u mhux jirispondi.

Dan kellu id-demm ħiereġ minn imnieħru. Hu beda jiġri mad-dar jgħajjat u anke ipprova jagħmel CPR. Mill-inkjesta instab li t-tifel kien wiċċu l-isfel u l-fatt li missieru spiċċa fuqu wassal biex it-tarbija ma setgħetx tieħu nifs. Issemma li hi prattika ħażina li tieħu tarbija biex torqod f’sodda mal-adulti

Ekonomija

Sport