Friday, November 22, 2024

Missier f’atti sesswali ma’ wliedu bniet; Jgħid li għamel dan biex jesponihom għall-edukazzjoni sesswali

Aqra wkoll

Missier se jkollu jiskonta piena ta’ erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment miż-żewġ uliedu bniet, bl-abbuż iseħħ meta t-tfal kellhom bejn 12 u 17-il sena. 

Hu kien tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn ġie mixli li bejn Jannar tas-sena 2009 u Diċembru tal-2015 ikkorrompa lil uliedu u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħhom.

F’Novembru tal-2018 kien instab ħati tal-akkużi kollha miġjuba fil-konfront tiegħu u kien ikkundannat erba’ snin priġunerija iżda appella mis-sentenza mogħtija lilu.

Mill-provi li tressqu fil-Qorti rriżulta li l-każ kel-lu l-bidu tiegħu f’Awwissu tal-2016 meta l-Pulizija kienu rċevew rapport mingħand il-ħaddiema soċjali fi ħdan iċ-Child Protection Unit dwar minorenni, li flimkien ma’ ommha, rrapportat li kienet vittma ta’ abbuż sesswali minn taħt idejn missierha. 

Dan allegatament ġara meta missierha kien iġegħelha timmasturbah, abbuż li seħħ f’aktar minn okkażjoni waħda fuq medda ta’ snin. Il-Pulizija kienu tkellmu mat-tifla u sp-jegatilhom li l-ewwel darba li kienet ġiet abbużata kellha l-età ta’ bejn 12 u 13-il sena. 

Din l-istorja ta’ abbuż bdiet meta t-tifla kienet talbet il-permess lil ommha biex tmur ħarġa Għawdex ma’ tal-iskola iżda ommha għarrfitha li minħabba problemi ta’ flus ma setgħetx tibgħatha. 

Meta talbet permess lil missierha, hu aċċetta bil-kundizzjoni li tagħtih pjaċir sesswali billi timmasturbah. Kien għalhekk li urieha x’għandha tagħmel fil-kamra tas-sodda matrimonjali.

L-istess seħħ meta kellha 14-il sena fejn kienet talbitu permess biex tmur iċ-ċentru taż-żgħażagħ faċċata tad-dar tagħhom ma’ sħabha, bl-attivitajiet sesswali din id-darba jseħħu fil-garaxx.

It-tifla rrakkontat ukoll inċident ieħor li kien seħħ f’għeluq sninha meta kienet ħarġet Paceville u meta daħlu d-dar talbet l-għajnuna ta’ missierha minħabba li oħtha l-kbira li kienet fis-sakra kienet ma tiflaħx. F’dik l-okkażjoni missierha kien qalilha li la qajmitu kellha timmasturbah fejn kellha tagħmel dak li talabha.

B’rabta ma’ dawn l-inċidenti, it-tifla kienet tkellmet ma’ oħtha l-kbira li kkonfermat magħha li kienet għaddiet mill-istess esperjenzi minn taħt idejn missierha. Din iżda wissietha biex ma titkellem xejn għall-ġid tal-familja u biex ma jinqalax inkwiet bejn il-ġenituri. 

Fil-fatt meta l-uffiċjal investigatur tkellem mat-tifla l-kbira, din inizjalment ċaħdet kienet anki akkużat lil oħtha li kienet giddieba. Madankollu, sussegwentement hija fetħet qalbha u stqarret il-verità.

Din spjegat li meta kellha l-età ta’ bejn 13 u 14-il sena, waqt li kienet qiegħda tara film fuq is-sodda ma’ missierha, dan beda jimmasturba quddiemha.

Dawn l-atti kienu rrepetew ruħhom f’okkażjonijiet oħra fejn kien hemm inċidenti meta hi kienet immasturbatu wkoll u li dan kien jiġri ta’ sikwit, kull xahar jew xahar u nofs. Dan l-abbuż baqa’ sejjer sakemm għalqet 17-il sena. 

Fix-xhieda tagħhom quddiem il-Qorti, il-vittmi filwaqt li kkonfermaw dawn il-fatti, qalu li xtaqu jaħfru lil missierhom u li jwaqqfu wkoll il-proċeduri kriminali pendenti kontra tiegħu. 

Min-naħa tiegħu, ir-raġel ikkonferma li kien għamel dawn l-atti iżda insista li dan kien għamlu biex jesponie-hom għall-edukazzjoni sesswali u l-perikli marbuta ma’ din l-attività. 

Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef Edwina Grima li ppre-sediet il-Qorti tal-Appell, osservat li r-rinunzja min-naħa tal-ulied għall-azzjoni kriminali kienet tista’ sservi biss bħala konsiderazzjoni fil-pie-na u xejn iżjed.

L-Imħallef Grima żiedet tinnota li waqt li l-missier stess kien ammetta fl-istqarri-ja tiegħu li kien wettaq dawn l-atti, il-verżjoni taż-żewġ tfaj-liet dejjem baqgħet konsis-tenti.

“Għalkemm hu minnu li wlied l-appellant ħafru lil missierhom għall-abbuż sesswali li sofrew matul is-snin tat-tfulija tagħhom, madankollu l-Qorti ma tistax tinjora n-natura tar-reati li dwarhom huwa ġie misjub ħati fejn mhux biss il-minuri sofrew abbuż minn età żgħira, iżda dan l-abbuż ġie pperpe-trat mill-persuna li kellu l-ew-wel dmir li jieħu ħsiebhom, jedukahom u jindukrahom u li jħarishom minn dawn i-tip ta’ esperjenzi koroh f’ħajjith-om,” qalet il-Qorti.

Tenniet ukoll li l-attitudni tiegħu, meta stqarr li lanqas ir-realizza li bl-aġir tiegħu kien se jkun hemm konsegwenzi serji u li introduċa lil uliedu għal ħajja sesswali bl-iskuża li għamel dan biex jeduka-hom, “jieħdu xejra perikoluża u jagħtu stampa ta’ perverżjo-ni minn missier.”

Finalment, il-Qorti qalet li l-piena ta’ erba’ snin priġunerija kienet tqarreb lejn il-minimu u li għaldaqsant, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, din ma kellhiex tiġi varjata. Kien għalhekk li l-appell tar-raġel ġie miċħud u s-sentenza li ngħata mill-ewwel Qorti kienet ikkonfermata.

Sport