Tgħid li wara li twieldet it-tifla l-oħra hi bdiet tieħu ħsieb l-affarijiet finanzjarji ta’ bejniethom hi u xtraw karozza ġdida u post Santa Luċija, fejn marru joqogħdu. Tgħid li t-tfal kemm-il darba ħaduha miegħu biex ma jmisshiex. Tirrakkonta kif anke ma’ ħabiba ta’ waħda mit-tfal saret taf li kien imur u darba meta din il-ħabiba kellha tmur torqod għandhom, ir-raġel mar għaliha u qatt ma spiċċaw marru jorqdu d-dar għax għamlu lejl fil-karozza flimkien.
Tgħid li dan kollu saret taf bih meta bdiet tissepara. Tispjega li waqt li kien ikun qed isuq kien ikun iridha tagħmel sess orali miegħu u meta hi tirrifjuta jintefa’ f’baħar ta’ tgħajjir u offiżi. Darba kienet anke tteħditlu l-liċenzja fuq sewqan perikoluż.
Aqra wkoll: Jigdimha ġo wiċċha u jgħidilha li hu d-dimonju