Monday, November 11, 2024

Missier mixli b’atti sesswali fuq bintu ta’ 12-il sena

Aqra wkoll

Raġel ta’ 52 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tressaq il-Qorti mixli b’fastidju fuq bintu ta’ 12-il sena u li wettaq atti ta’ naturi sesswali fuqha mingħajr kunsens.

Fil-Qorti ħareġ kif it-tifla għadha fi stadju ta’ żvilupp u li kienet tkellmet mad-Domestic Violence Unit fejn allegat li missierha, għal aktar minn sena, beda jagħmel atti li ma kinitx qed tieħu pjaċir bihom fosthom li kien jaqbdilha l-partijiet intimi tagħha.

Ġie spjegat li meta l-pulizija kellmu lil missierha, dan qalilhom li kien qiegħed biss jiċċajta ma’ bintu u bl-ebda skop ħażin ma kienx qed jagħmel dawn l-atti. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li t-tifla kienet tkellmet ma’ counciller tal-iskola dwar dak li għaddiet minnu, iżda mill-ewwel intervjeniet il-pulizija u bdiet tmexxi. Il-Qorti saħqet li t-tfal għandna nieħdu ħsiebhom għax affarijiet bħal dawn ifissru trawma għat-ttfal infushom u jwasslu anke għal effett psikoloġiku.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Doriette Cuschieri megħjuna mill-Avukati Sean Gabriel Azzopardi u Danika M. Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Brandon Kirk Muscat deher għall-imputat.

Sport