Khim Bahadur Pun, missier ta’ 3 itfal ġie ddentifikat bħala l-vittma li tilef ħajtu traġikament fl-inċident tat-traffiku li seħħ f’Birkirkara.
Il-vittma kien ilu jgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar 3 snin u kien jaħdem f’pajjiżna biex ikun jista’ jgħin lill-familja tiegħu li tinsab in-Nepal.
Kienet il-komunità tan-Nepal f’pajjiżna li ħabbret dan f’messaġġ ta’ nikteb li kitbet fuq il-midja soċjali.