Thursday, December 26, 2024

Missier ta’ tarbija ta’ seba’ xhur jinqatel waqt li kien qed jiġġieled fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Eks-Marine Amerikan inqatel waqt li kien qed jiġġieled flimkien mal-qawwiet Ukreni wara li l-kumpanijia tas-sigurtà privata li kien jaħdem għaliha bagħtitu l-gwerra.

Il-familja ta’ Willy Joseph Cancel, ta’ 22 sena, minn Orange County New York, ikkonfermat li r-raġel u missier ta’ tifel ta’ seba’ xhur sfortunatament kien miet fl-Ukrajna waqt li kien qed jiġġieled kontra l-forzi Russi nhar it-Tnejn, irrapportat CNN.

Huwa kien miżżewweġ li Brittany u kellhom tifel ta’ seba’ xhur bl-isem ta’ Anthony. 

Omm Cancel, Rebecca Cabrera, qalet li binha kien qed jaħdem għal kumpanija privata militari meta aċċetta li jieħu impjieg biex jiġġieled fl-Ukrajna wara l-invażjoni tar-Russja fi Frar.

“Ried imur għax kien jemmen f’dak li l-Ukrajna kienet qed tiġġieled għalih, u ried ikun parti minnha biex jgħin biex ma tiġix hawn, u biex b’hekk forsi s-suldati Amerikani tagħna ma jkollhomx għalfejn ikunu involuti fiha,’ qalet Cabrera lis-CNN.

Iċ-ċirkostanzi tal-mewt ta’ Cancel għadhom mhux ċari, inkluż kif u fejn inqatel.

Ommu żiedet tgħid li dawk li qed jiġġieldu flimkien ma’ Cancel ma setgħux jirkupraw il-ġisem tiegħu. ”Ma sabux il-katavru tiegħu,” qalet. “Qed jippruvaw. Nixtiequ li jerġa’ lura għandna.”

Cabrera qalet lis-CNN li binha ngħaqad ma’ irġiel minn pajjiżi differenti biex jassistu lit-truppi Ukreni. “Kienet xi ħaġa li kien jemmen fiha, li dik kienet xi ħaġa tajba li jagħmel.”

Il-President Joe Biden esprima d-dispjaċir tiegħu bl-aħbar li Cancel inqatel waqt li kien qed jiġġieled flimkien mal-forzi Ukeni. “Hija xi ħaġa ta’ dieqa kbira. Ħalla tarbija żgħira warajh,” qal Biden lill-ġurnalisti.

Ekonomija

Sport