Wednesday, July 24, 2024

Missier ta’ tifel jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ fastidju u li segwa lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena mill-Mosta li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta fastidju lil eks sieħba tiegħu. Jidher li bejnithom kien inqala argument minħabba l-aċċess tat-tifel.

L-Ispettur Omar Zammit li qiegħed imexxi l-Prosekuzzjoni qal fil-Qorti li t-Taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika tal-Pulizija kienet infurmata li l-mara għamlet tliet rapporti f’jumejn. Hi kienet qiegħda tallega li l-eks sieħeb kien qiegħed jagħtija fastidju, kien qiegħed jibgħatilha ħafna messaġġi u anke nsulti. Allegat ukoll li kien qed isegwiha.

L-Ispettur Zammit qal li l-omm kienet marret kemm-il darba l-għassa biex tipprova tara fejn hu binhom li għad għandu sena u tmien xhur.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih u minkejja li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport