Saturday, December 14, 2024

Missier ta’ tnejn jinqatel viċin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-President il-ġdid Joe Biden

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel nqatel b’tir ta’ arma tan-nar viċin iċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mar-rebħa ta’ Joe Biden f’Seattle.

Il-vittma huwa MarQuies Demone Patterson ta’ 31 sena. Huwa ttieħed lejn iċ-Ċentru Tas-Saħħa ta’ Harborview, iżda miet ftit tal-ħin wara kawża tal-ġrieħi li kien sofra. Omm il-vittma f’kummenti li tat lill-ġurnalisti qalet li binha kien missier ta’ tnejn. Hija ddeskrivietu bħala bniedem ta’ rispett u li kien hemm biss biex juri rispett lejn il-President u l-Viċi President li kien għadhom kemm ġew kkonfermati rebbieħa.

S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm konnessjoni bejn l-isparatura u l-elezzjoni presidenzjali. Din l-isparatura seħħet biss sigħat wara li segwaċi ta’ Trump dehru armati waqt dimostrazzjoni li għamlu f’Atlanta, f’Georgia.

Wieħed mill-persuni meta mistoqsi minn ġurnalisti għalfejn kien armat, wieġeb li kellu l-arma minħabba “raġunijiet ta’ sigurtà”.

Ekonomija

Sport