Thursday, November 6, 2025

Missier u iben imutu wara li ġew attakkati minn hornets kbar f’Laos

Aqra wkoll

Amerikan ta’ 47 sena u ibnu ta’ 15-il sena tilfu ħajjithom wara li ġew attakkati minn hornets kbar Ażjatiċi f’resort tal-avventura qrib Luang Prabang waqt li kienu vaganza f’Laos. 

Qed ikun irrapportat li Daniel Owen u ibnu Cooper kienu mniggża xejn inqas minn 100 darba waqt li kienu qed jagħmlu zip-lining fil-Green Jungle Park nhar il-15 ta’ Ottubru.

Huma sabu diffikultà biex jinżlu minn ma’ siġra li kienu telgħu fuqha mal-gwida tagħhom. Iż-żewġ persuni mietu ftit sigħat wara li kienu ttieħdu għall-kura fi sptar viċin.  

Għadu mhux ċar x’seħħ mil-gwida li kien hemm magħhom. Kelliem għad-Dipartiment tal-Istat Amerikan ikkonferma l-mewt ta’ żewġ ċittadini Amerikani f’Luang Prabang iżda qal li, “b’rispett lejn il-privatezza tal-familjari tal-vittmi matul dan iż-żmien diffiċli, m’għandna l-ebda kumment ieħor.”

Owen kien id-direttur ta’ Quality Schools International fil-Belt ta’ Hai Phong fil-Vjetnam, u x’aktarx li kien fuq vaganza f’Laos.

Fi stqarrija, il-Green Jungle Park – il-post fejn seħħ l-inċident – esprima  s-sogħba tiegħu għall-mewt taż-żewġ persuni u qal li se jkun qed jirrivedi l-proċeduri kollha eżistenti tal-park. 

Skont l-Entomological Society of America, il-hornet Asjatika hija “speċi invażiva ġewwa l-Asja.” Dawn jistgħu jikbru sa 6.35 ċentimetru u l-velenu tagħhom jista’ jikkawża necrosis – il-mewt taċ-ċelloli jew tissues – madwar il-ferita.

Jekk il-vittmi jiġu mniggża diversi drabi, jistgħu jkunu fatali, speċjalment jekk il-velenu jilħaq l-organi tal-vittma permezz tad-demm.

Laos hi meqjusa bħala destinazzjoni popolari mat-turisti fin-naħa t’Isfel tal-Asja,  partikolarment fost dawk li qed ifittxu esperjenza “off the beaten path” b’enfasi fuq in-natura, il-kultura u l-affordabbiltà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport