Mario Abela s-Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew u ibnu Gianluca Abela fl-aħħar jiem irnexxielhom idaħħlu lis-soċjetà tagħhom fil-kotba tar-rekords f’pajjiżna.

Ir-rekord nazzjonali tal-faċċata tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew Għargħur, armata b’sistema ta’ 6200 bozza LED Neo Pixel u maħduma b’sistema light to sound li kisbu fl-2022. Din is-sena tinsab armata wkoll mal-faċċata għal dawn iż-żminijiet ta’ festi kuljum.
Aparti minn hekk, din is-sena dawn kisbu wkoll rekord ieħor għall-akbar siġra tal-Milied armata bil-bozoz li ntramat fir-Rabat Malta.