Christian Bonello, ta’ 47 sena u ibnu Anderton Bonello ta’ 20 sena, inżammu arrestati wara li llum ġew akkużati li lbieraħ fi Triq it-Tifkira f’Raħal Ġdid poġġew il-ħajja ta’ raġel f’periklu u kkaġunawlu ġrieħi gravi.
L-akkużati hekk kif tressqu l-Qorti wieġbu mhux ħajta għall-akkużi miġjuba kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni qalet li minħabba li għad hemm nies li se jintalbu jixhdu fosthom anke s-sieħba ta’ Christian – wieħed mill-akkużati – hemm il-biża’ li jkun hemm intraċċi ta’ provi.
Min-naħa tiegħu, l-avukat tal-akkużati spjega li minn informazzjoni li tawh iż-żewġ akkużati, dan il-każ kien wieħed ta’ self-defense.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia, ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja għax għad trid tinstema’ x-xhieda ta’ diversi xhieda pajżana.